Our Mission

L-iskola tagħna hija komunita’ ta’ studenti,  għalliema u ġenituri li jaħdmu flimkien bil-għan li joħolqu ambjent li jsaħħaħ u jikkumplimenta dak tal-familja, filwaqt li jiggarantixxi lil kull student edukazzjoni sħiħa u ta’ kwalita’ mibnija fuq valuri nsara u ideat sodi.

Dan il-proċess għandu jgħin lill-istudenti kollha biex jiżviluppaw skond il-ħila u r-ritmu tagħhom, jieħdu sehem attiv f’dan l-iżvilupp, u jsibu l-għajnuna u l-appoġġ li għandhom bżonn.

It-twettiq ta’ din il-missjoni għandu jwassal biex kull student/a jakkwista dawk il-ħiliet li għandu bżonn biex jgħinuh isir ċittadin matur u onest, li jagħmel ġieh lilu nnifsu, lill-iskola u lill-lokalita’ ta’ San Ġiljan.

 

images

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *